Mwaqqaf il-Grupp t'Azzjoni Lokali għax-Xlokk ta' Malta
Mwaqqaf il-Grupp t'Azzjoni Lokali għax-Xlokk ta' Malta
maltarightnow.com
28 ta' Novembru, 2008 18:10 CET
Is-Segretarju Parlamentari għal Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni Chris Said ħabbar dan waqt it-twaqqif tal-grupp ta' azzjoni għax-Xlokk ta' Malta bl-isem ta' Gal Xlokk – fil-qosor għal "Grupp t'Azzjoni Lokali għax-Xlokk ta' Malta". Chris Said qal li din ir-riforma li se issir għandha twassal biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jagħmlu iktar xogħol siewi għal-lokalita.
Intant, il-Gal Xlokk se jkun grupp ta' azzjoni lokali li jagħqad flimkien għaxar Kunsilli Lokali mix-Xlokk tal-pajjiż kif ukoll tnax il-kumpanija jew entita privata. Dan il-Gal li huwa intitolat għall-għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropeja u li jaqa' taħt il-programm 'leader' għandu l-iskop li jiżviluppa ż-żoni rurali.
Il-Kunsilli Lokali membri ta' dan il-Gal huma Birżebbuġa, Gudja, Għaxaq, Kirkop, Luqa, Mqabba, Marsaskala, Marsaxlokk, Xgħajra u Żejtun. L-għanijiet ta' dan il-Gal huwa li jkabbar iz-zona għall-biedja, biex jippromovi il-valur turistiku fiz-zoni rurali, biex jippromovi il-wirt storiku naturali u kulturali u biex tisaħħaħ l-ekonomija ambjentali biex ikunu jistu jinħolqu l-impjiegi.
0 comments:
Post a Comment